info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jitlef il-mandat kontra l-MUT u l-edukaturi

October 14, 2021 at 1:48 pm

Stqarrija: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jitlef il-mandat kontra l-MUT u l-edukaturi

F’digriet maħruġ mill-qorti aktar kmieni llum, il-qorti ċaħdet il-mandat ta’ inibizzjoni li pprova jagħmel il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-MUT u l-edukaturi. Il-qorti rrikonixxiet id-dritt li l-MUT tordna direttivi, liema dritt ipprova jittieħed mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ħadd, inkluż il-Ministeru, mhuwa ser jagħmel sarima mal-MUT u l-edukaturi.

Il-Union ser tkun qed tkompli ssegwi s-sitwazzjoni tal-każijiet ta’ transfers fil-Primarja u ser toħroġ l-azzjonijiet industrijali fejn meħtieġ. Id-direttivi li nħarġu ser jibqgħu fis-seħħ.

Comments are closed.