info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Il-Korp tal-Pulizija jikkonfermaw li uffiċjal li mhuwiex edukatur daħal “fil-ħin liberu”

October 25, 2022 at 9:54 am

Il-Korp tal-Pulizija jikkonfermaw li uffiċjal li mhuwiex edukatur daħal “fil-ħin liberu”

L-MUT tinnota l-istqarrija tal-Korp tal-Pulizija, fejn għalkemm minn naħa ċaħdet li uffiċjali qegħdin jagħmlu superviżjoni fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir “b’mod sistematiku”, ikkonfermat li uffiċjal daħal “fil-ħin liberu tiegħu” u li ntalab jassisti b’superviżjoni mir-rettur. U dan f’ġurnata differenti minn dik li r-rettur ħareġ ir-ritratti (tat-12 t’Ottubru) b’mod qarrieqi meta kien jaf li l-istess persuna, uffiċjal tal-pulizija, kienet fl-iskola f’ġurnata oħra (21 t’Ottubru) mingħajr l-uniformi. Dan jikxef il-mod sovversiv kif l-iskola qegħda titmexxa mir-rettur, li jibqa’ jinnega dak li qegħdin jgħidu li qiegħed jiġri jum wara jum l-edukaturi u l-ġenituri, li fl-aħħar mill-aħħar m’għandhom xejn ħlief il-ġid tat-tfal quddiem għajnejhom.

Comments are closed.