info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Iddisinja l-qoxra tal-400 harga tar-rivista Saghtar

January 22, 2026 at 10:42 am

Iddisinja l-qoxra tal-400 harga tar-rivista Saghtar

Fondazzjoni Saghtar qed tistieden lill-istudenti kollha biex jiehdu sehem f’kompetizzjoni specjali u storika. Qed infittxu l-isbah tpingija  biex tintuza bhala l-qoxra tal-400 harga tar-rivista Saghtar li se tigi stampata f’Marzu li gej.

Din hija opportunità unika biex it-tfal u l-adolexxenti jesprimu t-talenti kreattivi taghhom u jaraw xogholhom ippubblikat fuq ir-rivista tant ghal qalb il-Maltin.

Dettalji Importanti:

  • Min jista’ jiehu sehem: Tfal u adolexxenti bejn it-3 u s-16-il sena.
  • Format: It-tpingija trid tkun fuq karta A4 portrait.
  • Sottomissjoni: L-ewwel pass huwa li jintbaghat scan tad-disinn bl-email fuq info@saghtar.org.mt.
  • Wirja: Peress li d-disinni kollha se jigu esebiti waqt attività specjali, nissuggerixxu li d-disinn originali jinzamm u jintbaghat bil-posta jew jithalla fl-indirizzi tal-Fondazzjoni Saghtar. Dettalji hawn
  • Data tal-gheluq: L-emails ghandhom jintbaghtu sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar.

Comments are closed.