June 2, 2024 at 1:02 pm
Dritt għar-risposta
Dritt għar-risposta għall-artiklu tal-Illum tal-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2024. L-MUT tikkundanna l-attentat intenzjonat biss biex jiskredita lill-President tagħha s-Sur Marco Bonnici permezz ta’ gideb. Fl-ebda ħin matul il-laqgħa tal-preżentazzjoni tal-ftehim ma kien hemm tgħajir lill-President. Il-laqgħa kompliet sal-aħħar tant li damet aktar minn tlett sigħat u nofs. Hi gidba li l-laqgħa twaqqfet mill-President. Hi gidba wkoll li l-President ma semmiex xi allowances iżda hu ikkwota eżatt dak li hemm fil-ftehim. Tant hu hekk, li l-membri li ġew l-MUT biex jaraw id-dokument tal-ftehim, raw eżatt dak li ntqal mill-President waqt il-laqgħa. Hu ta’ għib li reporter li qed jaħbi ismu – għal darb’oħra – qed jipprova jiskredita lill-President tal-MUT li ilu jaħdem għal tant snin fl-interess tal-edukaturi u tas-settur u li l-għan ewlieni tiegħu hu li jwassal sabiex jinkiseb l-aqwa ftehim għall-edukaturi. L-MUT issostni l-fiduċja kollha fil-President tagħha.