info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Aġġornament dwar ix-xogħlijiet biswit l-Iskola Medja fil-Kulleġġ t’Għawdex

November 26, 2020 at 4:01 pm

Aġġornament dwar ix-xogħlijiet biswit l-Iskola Medja fil-Kulleġġ t’Għawdex

Aktar kmieni llum saret laqgħa bejn l-MUT, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) u t-tmexxija tal-Iskola Medja fil-Kulleġġ t’Għawdex. Fiha ġew diskussi x-xogħlijiet li qed isiru mill-fondazzjoni fil-bini ta’ skola ġdida u kien hemm qbil li l-fondazzjoni ser titlob lill-kuntrattur sabiex jirrevedi l-programm tax-xogħlijiet ħalli joħloq l-inqas inkonvenjent għall-edukaturi u l-istudenti. Dan il-programm ta’ xogħol ser jiġi ppreżentat u diskuss f’laqgħa oħra. Intant, f’diskussjonijiet li saru bejn il-Ministeri għall-Edukazzjoni u dak t’Għawdex, qed ikompli jiġi ndirizzat l-inkonvenjent tax-xogħlijiet fil-kumpless sportiv biex ikun hemm l-inqas impatt fuq l-iskola. L-MUT ser tkompli ssegwi.

Comments are closed.