info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tipparteċipa fil-konferenza tal-Forum Unions Maltin f’Jum il-Ħaddiem

April 30, 2025 at 6:32 pm

L-MUT tipparteċipa fil-konferenza tal-Forum Unions Maltin f’Jum il-Ħaddiem

Il-Forum Unions Maltin, il-konfederazzjoni tat-trade unions, tellgħet konferenza fl-isfond ta’ Jum il-Ħaddiem, li jiġi mfakkar fl-1 ta’ Mejju. Bit-tema “Il-Ħaddiema, id-Djalogu Soċjali u l-Unions” il-konferenza kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali l-Onor. Andy Ellul, is-Shadow Minister għar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol l-Onor. Ivan Castillo, il-Professur Godfrey Baldacchino, il-President Marco Bonnici u s-Segretarju Ġenerali s-Sur Chris Attard.

Il-Professur Godfrey Baldacchino għamel analiżi tas-sitwazzjoni tat-trade unions f’pajjiżna u semma xi aspetti  li qed joħorġu mir-riċerka li qed issir minnu dwar l-andament trejdunjonistiku f’pajjiżna.

L-Onor. Andy Ellul faħħar il-ħidma tat-trade unions u elenka l-kisbiet tal-gvern fl-aħħar snin, kif ukoll il-proposti li qed isiru għall-ġid tal-ħaddiema.

L-Onor. Ivan Castillo sostna li hu qrib ħafna tal-ħaddiema u li kien ukoll involut fit-trade unions fil-passat, u għaldaqstant jifhem sew il-ħidma tat-trade unions u l-ħtiġijiet tal-ħaddiema.

L-uffiċjali tal-For.U.M. enfasizzaw il-ħtieġa li l-ħaddiema jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma tal-unions u ta’ min iħaddem, filwaqt li elenkaw it-tibdil li l-ħaddiema u t-trade unions qed jesperjenzaw u li se jesperjenzaw fil-futur.

Uffiċjali u esperti fis-settur ikkontribwew ukoll fil-panels li ttellgħu filwaqt li l-udjenza rreaġixxiet għal dak li kien qed jintqal.

Comments are closed.