September 10, 2021 at 12:01 pm
Direttivi lill-gradi tekniċi fl-iskejjel tal-Istat (School Technicians) fil-Ministeru tal-Edukazzjoni
L-MUT tfakkar lill-membri fil-gradi tekniċi li dawn id-direttivi għadhom fis-seħħ:
1. ma jsirx tindif tal-ebda apparat li jintuża;
2. isir biss xogħol kif stipulat fil-job descriptions;
3. ma jsirx xogħol minflok uffiċjali li ma baqgħux fis-servizz u ma kienx hemm impjieg ġdid;
4. ma jkunx hemm attendenza għal korsijiet organizzati mid-Direttorati jew il-Ministeru.
Rigward ir-raba’ punt, minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà, ser tkun qed issir eċċezzjoni għal dawn iż-żewġ korsijiet biex tkunu tistgħu tattendu: (1) Health and Safety at the place of work, u (2) First Aid session. Id-direttiva għadha tgħodd għall-bqija tal-korsijiet.