info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Dettalji dwar is-sitwazzjoni wara l-laqgħa li saret ilbieraħ f’Kastilja – konferma li l-MUT għandha raġun

January 8, 2021 at 9:03 am

Dettalji dwar is-sitwazzjoni wara l-laqgħa li saret ilbieraħ f’Kastilja – konferma li l-MUT għandha raġun

Matul il-laqgħa li saret ilbiereħ ġiet ikkonfermata li teżisti komunikazzjoni, mibgħuta minn uffiċjal għoli fl-awtorità tas-saħħa, dwar il-pożizzjoni tal-ftuħ tal-iskejjel. Dan kien ikkonfermat fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja u rappreżentanti tal-iskejjel indipendenti li attendew il-laqgħa. Din il-konferma wasslet sabiex saret talba lill-gvern biex issir analiżi u preżentazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni fejn l-MUT, ir-rappreżentanti tal-iskejjel tal-knisja u dawk tal-iskejjel indipendenti flimkien talbu li jattendi wkoll Dr Vincent Marmarà bħala espert, sabiex jagħti analiżi oġġettiva tas-sitwazzjoni tal-pandemija hekk kif ser tiġi ippreżentata. Dan kollu kkonferma dak li sostniet l-MUT fil-pożizzjoni li ħadet din il-ġimgħa fejn qalet li l-Ministeru għandu parir dwar il-ftuħ tal-iskejjel, liema informazzjoni ġiet miċħuda mill-Ministeru din il-ġimgħa u li iżda issa ġiet ikkonfermata fil-laqgħa li saret ilbieraħ f’Kastilja.

L-MUT ser tkompli taġġorna lill-membri fil-ħin li ġej. Sadattant grazzi tas-sapport u nisperaw li kulħadd jifhem li dan kollu qiegħed isir b’responsabbiltà sabiex nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, l-edukaturi u l-bqija tas-soċjetà.

Comments are closed.