December 7, 2020 at 9:33 am
Xogħlijiet biswit l-iskola primarja tal-Gudja jkomplu waranofsinhar
L-MUT irċiviet ilmenti dwar kostruzzjoni fejn l-iskola primarja tal-Gudja u ġiet infurmata li huwa xogħol mill-Gvern Ċentrali, fejn qed jinqalgħu toroq tal-madwar inkluż il-pavimentar mad-dawra tal-Ġnien Raymond Caruana li jinsab quddiem l-iskola primarja. Wara diversi kuntatti u talbiet l-MUT laħqet arranġament mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali sabiex Infrastructure Malta tagħti struzzjonijiet biex il-kuntrattur, li qed jagħmel ix-xogħlijiet għal din l-entità, jieqaf mix-xogħlijiet biswit l-iskola filgħodu u jkompli bix-xogħlijiet meħtieġa wara s-2.30pm ta’ waranofsinhar.
Filwaqt li tirringrazzja lill-entitajiet konċernati talli fehmu x’kienet il-problema, il-membri huma mħeġġa jirrapurtaw jekk dan l-arranġament ma jiġix onorat.