info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tikkundanna theddid fuq għalliema minn uffiċjali għolja tal-NSSS – tagħti direttivi

November 30, 2020 at 12:47 pm

L-MUT tikkundanna theddid fuq għalliema minn uffiċjali għolja tal-NSSS – tagħti direttivi

L-MUT qed tirċievi rapporti konsistenti minn għalliema li jagħtu servizzi bħala parti mill-NSSS (National School Support Services) fejn żewġ uffiċjali għolja qed jheddu lill-għalliema sabiex jibdew servizzi. Dan imur kontra d-direzzjoni tal-istess Ministeru, li waqqfet dawn is-servizzi, fid-dawl tal-ħtieġa li l-klassijiet kollha jkollhom għalliema. L-MUT kellha laqgħa dalgħodu m’uffiċjali tad-direttorati, fejn tali aġir ġie miċħud mid-direttorati avolja l-fatti juru mod ieħor. L-MUT ma kellhiex għażla oħra ħlief li toħroġ mill-istess laqgħa u li tagħti direttiva lill-għalliema kollha sabiex jinjoraw kull direzzjoni maħruġa mill-uffiċjali tal-NSSS filwaqt li huma mħeġġa jirrapurtaw kull pressjoni mill-istess dipartiment.

Comments are closed.