info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
Kritika lejn l-edukaturi fuq il-midja soċjali

May 27, 2020 at 5:15 pm

Kritika lejn l-edukaturi fuq il-midja soċjali

L-MUT tirreferi għall-kritika li l-edukaturi qalgħu f’dawn il-jiem fuq il-midja soċjali. L-MUT tirrikonoxxi s-sitwazzjoni diffiċli li kulħadd għaddej minnha bħalissa u tappella lill-pubbliku sabiex ma naqgħux f’tgħajjir u kummenti bla bażi li jweġġgħu lill-edukaturi. Fuq il-midja soċjali ħafna jiktbu bl-addoċċ imma l-verità hi li l-edukaturi kollha qegħdin jagħmlu xogħol kbir sabiex ikomplu bis-sena skolastika f’ċirkostanzi li żgur ħadd ma ħolom li ser ngħaddu minnhom. Għaldaqstant ĦADD ma jista’ jgħid jew jimplika li qegħdin fuq xi btala jew qed jieħdu l-paga għalxejn. Minn naħa l-oħra nifhmu wkoll li hemm min għaddej minn sitwazzjoni diffiċli personali u sfortunatament jara ma xhiex ser jaqbad u f’min ser iwaħħal. F’dak il-każ l-appell tal-MUT lil dawn il-persuni hu li jitolbu l-għajnuna skont il-bżonn mid-diversi servizzi u entitajiet li joffru dan.

Rigward Skolasajf, kif ħabbarna fi stqarrija l-MUT ser tkun qed tiltaqa’ mal-Ministru fil-jiem li ġejjin b’numru ta’ proposti, fejn fost l-oħrajn qed nistaqsu għal risk assessment ġdid fiċ-ċirkostanzi tal-COVID-19 għal kull ċentru li ser jintuża’. L-MUT ser titlob ukoll li jkun hemm spettorat apposta li tiddetermina jekk iċ-ċentri humiex adegwati u li anki jkollu l-awtorità li jagħlaq ċentru li ma jkunx konformi. Il-Union ser tkun qed tinforma lill-membri f’laqgħa dedikata għal dan.

Comments are closed.