info@mut.org.mt   21237815 / 21222663
L-MUT tressaq Mandat ta’ Inibizzjoni fil-konfront tal-UPE fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers

October 30, 2019 at 12:03 pm

L-MUT tressaq Mandat ta’ Inibizzjoni fil-konfront tal-UPE fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers

L-MUT, wara protest ġudizzjarju l-ġimgħa li għaddiet, ma kellha l-ebda soluzzjoni oħra ħlief li timxi b’mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-UPE fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers. L-MUT tisħaq li għalkemm dan huwa kollu ħela ta’ ħin minn kwistjonijiet edukattivi aktar importanti, din hija l-unika triq li setgħet tieħu l-MUT minħabba li l-azzjonijiet tal-UPE fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers qed ixekklu u jtellfu diskussjonijiet, azzjonijiet u negozjati tal-istess MUT.

Rigward l-issues li instigaw l-azzjonijiet tal-UPE fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers, il-kwistjoni tat-transport supervision issa hija solvuta filwaqt li dwar il-kwistjoni tal-grupp tal-LSE2 għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din tal-aħħar fil-fatt inħolqot minħabba bidla fir-regoli tal-ħaddiema kollha taċ-Ċivil.

Apparti dan, l-MUT għandha wkoll ir-responsabbiltà li tissalvagwardja t-trejdjunjoniżmu mill-azzjonijiet tal-UPE, fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers, peress li dawn għandhom il-potenzjal li joħolqu preċedent li jkun ta’ theddida għall-istabbiltà tar-relazzjonijiet industrijali lokalment. L-azzjonijiet illegali u r-riżultat ta’ dan kollu ser jaffettwaw bil-kbir lill-Unions kollha li għandhom rikonoxximent fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.

Il-mandat ġie ppreżentat mill-Avukat Michael Tanti Dougall.

Comments are closed.